Il-Home Nations huwa terminu wżat fir-Renju Unit li jirreferi għall-erba' nazzjonijiet kostitwenti li jiffurmaw parti mill-pajjiż bħala entitajiet separati u distinti. F'xi okkażjonijiet tintuża Home Countries minflok Home Nations.[1] Il-Home Nations huma l-Ingilterra, l-Irlanda ta' Fuq, l-Iskozja u Wales.
L-istampa Brittanika tuża' b'mod frekwenti t-terminu Home Nations sabiex tinkludi l-gżira sħiħa tal-Irlanda, speċjalment waqt avvenimenti sportivi fejn din hija rappreżentata waħedha, bħar-rugby, minkejja li r-Repubblika tal-Irlanda ma tagħmilx parti mir-Renju Unit. Ir-Repubblika tal-Irlanda għandha konnessjoni waħdieni mal-isport Brittaniku: l-avvenimenti sportivi Irlandiżi huma mxandra kostantement mill-istazzjonijiet televiżivi Britanniċi u l-istess tagħmel il-midja Irlandiża għall-Premiership Rugby u l-Premier League.